Back to view | Home | By Category | By Heading | By MP | By Sitting | Search | Gov.mt Government of Malta

Leġislatura XI Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru: 2248 Data: 30/07/2008
Seduta: 35 - 29/09/2008 06:00 PM
Seduta Interim:
Titlu: Immigranti Rregolari

L-Onorevoli JOSEPH CUSCHIERI
staqsa lill-Onorevoli CARMELO MIFSUD BONNICI (Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern):


Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar sentejn, sena b'sena, kemm daħlu immigranti rregolari f'pajjizna?
 
Jista' jgħid in-nazzjonalita taghhom?
 
Jista' jgħid kemm minnhom ingħataw l-istatus ta' refugjati?
 
Jista' jgħid minn dawn kemm ġew deportati lura lejn pajjiżhom?
 
Jista' jgħid kemm minn dawn ġew integrati f'pajjiżi oħra Ewropej u anki fl-Istati Uniti ta' l-Amerika? 
 
Jista' jgħid kemm minn dawn ħarbu min pajjiżna?
 
Minn dawk li jirriżulta li ħarbu minn pajjiżna, jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom instabu, fejn ħarbu u kemm minnhom għadu mhux magħruf x'sar minnhom?
 
Jista' l-Ministru jgħid min dawk maħrubin kemm minnhom instab li tħarbu minn persuni b'mod irregolari ? F'dan il-kaz x'passi ittieħdu?
 

Tweġiba:


Qeq inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant fl-ewwel żewġ partijiet tal-mistoqsija.

Fl-2006 kien hemm 550 immigranti irregolari li ngħataw l-istatus ta' protezzjoni internazzjonali, filwaqt li fl-2007 kien hemm 627, mill-applikazzjonijiet proċessati tul dik is-sena.

Immigranti irregolari li jingħataw protezzjoni jew li japplikaw għal ażil f'Malta ma jiġux deportati. Għar-rigward it-tielet domanda nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 1917.

In-numru ta' persuni li ngħataw il-protezzjoni internazzjonali u li ġew integrati f'pajjiżi oħra Ewropej u fl-Istati Uniti ta' l-Amerika huwa kif ġej:-

Pajjiżi oħra Ewropej L-Isati Uniti ta' L-Amerika
2006 - 20 2006 - Xejn
2007 - 28 2007 - 28
2008 - Xejn 2008 - 113

Rigward l-aħħar tlett partijiet tal-mistoqsija, ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma tinżammx statistika.

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:[attachment "2248 Paper Laid.xls" deleted by Mary Muscat/PQS]



FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us | Contact List | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives
GOV.MT | Help | Sitemap


Last modified: 09/30/2008 01:00 PM PQ ID 3EDA24CEE4AF7EF5C12574960033218A