Back to view | Home | By Category | By Heading | By MP | By Sitting | Search | Gov.mt Government of Malta

Leġislatura X Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru: 26241 Data: 16/05/2007
Seduta: 529 - 23/05/2007 06:00 PM
Seduta Interim:
Titlu: Status ta' refuġjati

L-Onorevoli CARMELO ABELA
staqsa lill-Onorevoli TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern):


Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huma r-refuġjati li fl-aħħar ħames snin, sena b'sena, ingħataw status uffiċjali ta' refuġjati u ġew aċċettati minn pajjiżi oħra? Jista' jgħid liema kienu l-pajjiżi u kemm ġew aċċettati sal-15 Mejju, 2007?

Tweġiba:


Ninsab infurmat illi matul l-aħħar ħames snin ingħataw status ta' Refuġjat lil 186 persuni, li sena b'sena kienu hekk:

2002 - 22 persuni
2003 - 53 persuni
2004 - 49 persuni
2005 - 34 persuni
2006 - 28 persuni

Ninsab infurmat ukoll illi l-pajjiżi indikati hawn taħt aċċettaw refuġjati minn Malta kif ġej:

L-Olanda - 19/20 ta' Diċembru 2005
Refuġjati 20 persuna
Protezzjoni Umanitarja 16-il persuna

Il-Ġermanja - 6 ta' Ġunju 2006
Refuġjati 9 persuni
Protezzjoni Umanitarja 11-il persuna

L-iStati Uniti ta' l-Amerka - 24 ta' Jannar 2007
Protezzjoni Umanitarja 23 persuna

Il-Litwanja - 30 ta' Jannar 2007
Applikanti għall-Asil 6 persuni

L-Irlanda - 14 ta' Frar 2007
Refuġjati 10 persuni

B'kollox ġew aċċettati total ta' 95 persuna li minnhom 39 persuna kellhom status ta' Refuġjat f'Malta.

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:



FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us | Contact List | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives
GOV.MT | Help | Sitemap


Last modified: 05/29/2007 06:40 PM PQ ID DFAF87343CCFEDCBC12572DE00222906