
| Leġislatura |
XI |
Kategorija |
ORAL |
| Mistoqsija Numru: |
6528 |
Data: |
23/02/2009 |
| Seduta: |
86 - 02/03/2009 06:00 PM |
| Seduta Interim: |
|
| Titlu: |
Immigranti illegali jaħdmu hawn Malta |
L-Onorevoli JOSE' HERRERA
staqsa lill-Onorevoli JOHN DALLI (Ministru għall-Politika Soċjali):
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm immigranti illegali li qed jaħdmu regolarment f'Malta u jispjega x'tip ta' sussidju finanzjarju qed jagħti l-Gvern kemm lil dawk li qed jaħdmu kif ukoll li dawk li ma jaħdmux?
Tweġiba:
Informat li sa l-aħħar ta' Jannar 2009 kien hemm 1,008 persuni bħala refuġjati, nies bi protezzjoni umanitarja temporanja u nies li qed ifittxu ażil, li kienu qed jaħdmu.
Għat-tieni parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Dokumenti annessi mal-mistoqsija:
Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:
Dokumenti annessi mar-risposta:
Last modified: 03/02/2009 07:49 PM
PQ ID 3E213FE633303376C1257566002DDC75
|